6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vestre Landsret – id-Danimarka) – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-471/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Skema partikolari ta’ tassazzjoni tal-marġni ta’ profitt - Kunċett ta’ “oġġetti użati” - Bejgħ ta’ partijiet ta’ bdil ta’ vetturi))
(2017/C 070/09)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sjelle Autogenbrug I/S
Konvenut: Skatteministeriet
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li partijiet użati provenjenti minn vetturi li ma għadhomx jintużaw, akkwistati minn impriża ta’ riċiklaġġ tal-vetturi mingħand individwu u li huma maħsuba li jinbiegħu mill-ġdid bħala partijiet ta’ bdil, jikkostitwixxu “oġġetti użati” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-konsegwenza li l-kunsinni ta’ tali partijiet, imwettqa minn negozjanti taxxabbli, huma suġġetti għall-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt.
(1) ĠU C 363, 03.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy