8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu – il-Kroazja) – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer
(Kawża C-484/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Kunċett ta’ “qorti” - Nutar li ħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku” - Att awtentiku))
(2017/C 144/10)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Novom Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibrica Zulfikarpašić
Konvenut: Slaven Gajer
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament.
2)
Ir-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li mandat ta’ eżekuzzjoni maħruġ minn nutar, fil-Kroazja, abbażi ta’ “dokument awtentiku”, u li ma kienx is-suġġett ta’ oppożizzjoni ma jistax jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew peress li dan ma jirrigwardax debitu mhux ikkontestat fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy