29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-488/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Anness XI - Valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu - Artikolu 22 - Posponiment tat-termini stabbiliti sabiex jintlaħqu ċerti valuri limitu - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Artikolu 23(1) - Pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Miżuri adegwati - Elementi ta’ evalwazzjoni))
(2017/C 168/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, S. Petrova, P. Mihaylova u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u M. Georgieva, aġenti)
Intevenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Gawłowska, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija:
—
mill-fatt tan-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, mis-sena 2007 sas-sena 2014 inkluża, tal-valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet BG0001 AG Sofija, BG0002 AG Plovdiv, BG0004 Tramuntana, BG0005 l-Lbiċ u BG0006 x-Xlokk;
—
mill-fatt tan-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, mis-sena 2007 u sas-sena 2014 inkluża, tal-valur limitu ta’ kuljum applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fiż-żona BG0003 AG Varna u tal-valur limitu annwali matul is-snin 2007, 2008 u 2010 sa 2014 inkluża, fl-istess żona BG0003 AG Varna,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 13(1) u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u
—
mill-fatt li l-qbiż tal-valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 ppersistew fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq kollha, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva u b’mod partikolari l-obbligu li tiżgura li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli, f’dak li jikkonċerna l-perijodu mill-11 ta’ Ġunju 2010 sas-sena 2014 inkluża.
2)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 389, 23.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy