8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG
(Kawża C-489/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Direttiva 2001/14/KE - Tariffi marbuta mal-infrastruttura - Tarifikazzjoni - Korp nazzjonali regolatorju li jħares il-konformità tat-tariffi marbuta mal-infrastruttura ma’ din id-direttiva - Kuntratt għall-użu ta’ infrastruttura konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u impriża ferrovjarja - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Rimbors tat-tariffi mingħajr l-intervent ta’ dan il-korp u barra mill-proċeduri ta’ rikors li jinvolvuh - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti ċivili tiffissa ammont ekwu fil-każ ta’ tariffi li ma jkunux ekwi))
(2018/C 005/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CTL Logistics GmbH
Konvenuta: DB Netz AG
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija, kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(5) u tal-Artikolu 30(1), (3), (5) u (6) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi stħarriġ tan-natura ekwa tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, każ b’każ, mill-qrati ordinarji, u l-possibbiltà, jekk ikun il-każ, li jinbidel l-ammont ta’ dawn it-tariffi, indipendentement mis-sorveljanza eżerċitata mill-korp regolatorju previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2004/49.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy