14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 – Ori Martin SA C-490/15 P), Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (C-505/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi Magħquda C-490/15 P u C-505/15 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Multi - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq is-sussidjarja - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv f’terminu raġonevoli - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 41 - Dritt għal trattament tal-kawżi f’terminu raġonevoli))
(2016/C 419/30)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ori Martin SA (C-490/15 P), Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (C-505/15 P) (rappreżentanti: G. Belotti u P. Ziotti, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte u P. Rossi, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appelli fil-Kawżi C-490/15 P u C-505/15 P huma miċħuda.
2)
Ori Martin SA hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C-490/15 P.
3)
Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C-505/15 P.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy