15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi
(Kawża C-493/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikolu 4(3) TUE - Sitt Direttiva - Għajnuna mill-Istat - Proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ta’ persuni fiżiċi fi stat ta’ falliment (esdebitazione) - Nuqqas ta’ eżiġibbiltà tad-dejn ta’ VAT))
(2017/C 151/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Entrate
Konvenut: Marco Identi
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dejn ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jiġi ddikjarat mhux eżiġibbli skont leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi proċedura ta’ ħelsien mid-dejn li permezz tagħha qorti tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tiddikjara mhux eżiġibbli d-dejn ta’ persuna fiżika li ma jkunx ġie llikwidat fi tmiem il-proċeduri ta’ falliment li għalihom din il-persuna kienet suġġetta.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015
Full & Egal Universal Law Academy