18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz – il-Ġermanja) – Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit
(Kawża C-496/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7 - Ugwaljanza fit-trattament - Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza - Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega - Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza - Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg - Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti - Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja))
(2017/C 121/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermainż
Qorti tar-rinviju
Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alphonse Eschenbrenner
Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Iċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jkollux, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis, hija irrilevanti f’dan ir-rigward.
(1) ĠU C 429, 21.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy