29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Euro-Team Kft. (C-497/15), Spirál-Gép Kft. (C-498/15) vs Budapest Rendőrfőkapitánya
(Kawżi Magħquda C-497/15 u C-498/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet fiskali - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi - Pedaġġ - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Multa b’rata fissa - Proporzjonalità)
(2017/C 168/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Euro-Team Kft.(C-497/15), Spirál-Gép Kft. (C-498/15)
Konvenut: Budapest Rendőrfőkapitánya
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, imsemmi fih, jipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multa b’ammont b’rata fissa għall-ksur kollu, tkun xi tkun in-natura u l-gravità tiegħu, taħt ir-regoli dwar l-obbligu ta’ ħlas minn qabel tal-pedaġġ għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq.
2)
L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2011/76, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, imsemmi fih, ma jipprekludix sistema ta’ sanzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi responsabbiltà oġġettiva. Min-naħa l-oħra għandu jiġi interpretat li jipprekludi l-livell tas-sanzjoni prevista minn din is-sistema.
(1) ĠU C 27, 25.01.2016.
Full & Egal Universal Law Academy