10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas – il-Litwanja) – W, V vs X
(Kawża C-499/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 8 sa 15 - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(d) - Deċiżjonijiet opposti mogħtija mill-qrati ta’ Stati Membri differenti - Wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier sabiex tiġi rriformata deċiżjoni li saret res judicata li adottaw preċedentement fir-rigward tar-residenza tal-wild, l-obbligi ta’ manteniment u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess - Assenza)
(2017/C 112/10)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus miesto apylinkės teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W, V
Konvenut: X
Dispożittiv
L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qrati tal-Istat Membru li adottaw deċiżjoni li saret res judicata fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ obbligi ta’ manteniment li jirrigwardaw wild minuri ma għandhomx ġurisdizzjoni iktar sabiex jiddeċiedu fuq talba ta’ riforma tad-dispożizzjonijiet deċiżi minn din id-deċiżjoni, sakemm ir-residenza abitwali tal-wild tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Huma l-qrati ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy