3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-502/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 3 sa 5 u 10 - Punti A, B u D tal-Anness I - Trattament tal-ilma urban mormi - Sistemi ta’ ġbir - Trattament sekondarju jew ekwivalenti - Trattament iktar strett f’żoni iktar sensittivi))
(2017/C 213/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling, aġent, assistit minn S. Ford, barrister)
Dispożittiv
1)
Billi ma żgurax li l-ilma miġbur f’sistema konġunta li tilqa’ l-ilma urban mormi u l-ilma tax-xita fl-agglomerazzjonijiet ta’ Gowerton u Llanelli jinżamm u jittieħed għal finijiet ta’ trattament, konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 3, 4 u 10 ta’ din id-direttiva u taħt il-punti A, u B tal-Anness I tagħha.
2)
Billi ma ħoloqx trattament sekondarju għall-ilma urban mormi tal-agglomerazzjoni ta’ Ballycastle u billi ma ssuġġetta għal ebda trattament l-ilma urban mormi tal-agglomerazzjoni ta’ Gibraltar, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 u tal-punt B tal-Anness I tagħha.
3)
Billi ma żgurax li l-ilma urban mormi jidħol fis-sistemi ta’ ġbir tal-agglomerazzjonijiet ta’ Tiverton, ta’ Durham (Barkers Haugh), ta’ Chester-le-Street, ta’ Islip, ta’ Broughton Astley, ta’ Chilton, ta’ Witham u ta’ Chelmsford, qabel ma jintrema f’żoni sensittivi, jkun suġġett għal trattament iktar strett minn dak li huwa deskritt fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva u taħt il-punt B tal-Anness I tagħha.
4)
Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.
5)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016
Full & Egal Universal Law Academy