10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent- il-Belġju) – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV
(Kawża C-507/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri - Liġi ta’ traspożizzjoni Belġjana - Kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali - Prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija - Klawżola ta’ għażla tad-dritt Belġjan - Liġi inapplikabbli - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Kompatibbiltà))
(2017/C 112/12)
Lingwa tal-kawża: il-Pajjiżi l-Baxxi
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agro Foreign Trade & Agency Ltd
Konvenuta: Petersime NV
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom u l-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f’Ankara fit-12 ta’ Settembru 1963 mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li fil-kuntest tiegħu l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija, fejn jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, u l-prinċipal huwa stabbilit fl-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma jistax jinvoka drittijiet li l-imsemmija direttiva tiggarantixxi lill-aġenti kummerċjali wara tmiem tali kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy