21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn “Agrodetalė” UAB
(Kawża C-513/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Approvazzjoni tat-tip tal-KE - Direttiva 2003/37/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti - Tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ vetturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz - Kunċetti ta’ ‘vettura ġdida’ u ta’ “dħul fis-servizz”))
(2017/C 277/05)
Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
“Agrodetalė” UAB
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, tat-18 ta’ Marzu 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ewwel tqegħid fis-suq u r-reġistrazzjoni, fi Stat Membru, ta’ tratturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz huma suġġetti għall-osservanza tar-rekwiżiti tekniċi previsti minn din.
2)
L-Artikolu 23(1)(b) tad-Direttiva 2003/37, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ din japplikaw għall-vetturi użati, li jaqgħu taħt il-kategoriji T1, T2 u T3, importati fl-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz, meta jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni għall-ewwel darba mill-1 ta’ Lulju 2009.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy