26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2017 – Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV vs Akcros Chemicals Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-516/15 P) (1)
((Appell - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbilità lill-kumpannija omm tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarji - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 25(1) - Preskrizzjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fir-rigward tas-sussidjarji - Effetti fuq is-sitwazzjoni legali tal-kumpannija omm))
(2017/C 202/03)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Akcros Chemicals Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u P. Rossi, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy