19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li qed jaġixxi taħt l-isem Filmspeler
(Kawża C-527/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Avviż lill-pubbliku - Kunċett - Bejgħ ta’ mediaplayer - Moduli addizzjonali (add-ons) - Pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur - Aċċess għal siti tal-internet ta’ streaming - Artikolu 5(1) u (5) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Użu legali))
(2017/C 195/02)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Midden-Nederland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Brein
Konvenut: Jack Frederik Wullems, li qed jaġixxi taħt l-isem Filmspeler
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-bejgħ ta’ mediaplayer, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuqu ġew installati minn qabel add ons, disponibbli fuq l-internet, li jinkludu hypertext links li jwasslu għal siti tal-internet liberament aċċessibbli għall-pubbliku li fuqhom tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ dan id-dritt.
2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) u (5) tad-Direttiva 2001/29 għandhom jiġu interpretati fis-sens li atti ta’ riproduzzjoni temporanja, fuq mediaplayer bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur miksub permezz ta’ xandir bi streaming fuq sit tal-internet li jappartjeni lil terza persuna li jipproponi dan ix-xogħol mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmija dispożizzjonijiet.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016
Full & Egal Universal Law Academy