11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Elda Otero Ramos vs Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social
(Kawża C-531/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/85/KEE - Artikolu 4(1) - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħaddiema li treddgħa - Evalwazzjoni tar-riskji preżenti fuq il-post tax-xogħol - Kontestazzjoni mill-ħaddiema kkonċernata - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 19 - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Oneru tal-prova))
(2017/C 424/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elda Otero Ramos
Konvenuti: Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ħaddiema li treddgħa tikkontesta, quddiem qorti nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat, l-evalwazzjoni tar-riskji li jeżistu fuq il-post tax-xogħol tagħha sa fejn din ma tkunx saret konformement mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu.
2)
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f'sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija l-ħaddiema kkonċernata li għandha tistabbilixxi fatti ta’ natura li jissuġġerixxu li l-evalwazzjoni tar-riskji li jinsabu fil-post tax-xogħol tagħha ma saritx konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/85 u li b’hekk jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, fis-sens tad-Direttiva 2006/54, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Għalhekk, huwa l-konvenut li għandu jipprova li l-evalwazzjoni tar-riskji msemmija saret konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni u li b’hekk ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
(1) ĠU C 429, 21.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy