6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Audiencia Provincial de Zaragoza, Juzgado de Primera Instancia de Olot – Spanja) – Eurosaneamientos SL, Entidad Urbanística Conservación Parque Tecnológico de reciclado López Soriano, UTE PTR Acciona Infraestructuras SA vs ArcelorMittal Zaragoza, SA (C-532/15), Francesc de Bolós Pi vs Urbaser SA (C-538/15)
(Kawżi magħquda C-532/15 u C-538/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi pprovduti mill-prokuraturi legali - Tariffa - Qrati - Impossibbiltà ta’ deroga))
(2017/C 038/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qrati tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza, Juzgado de Primera Instancia de Olot
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurosaneamientos SL, Entidad Urbanística Conservación Parque Tecnológico de reciclado López Soriano, UTE PTR Acciona Infraestructuras SA C-532/15), Francesc de Bolós Pi (C-538/15)
Konvenuti: ArcelorMittal Zaragoza, SA (C-532/15), Urbaser SA (C-538/15)
fil-preżenza ta’: Consejo General de Procuradores de España (C-532/15)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-onorarji tal-prokuraturi legali għal tariffa li tista’ tiżdied jew titnaqqas bi 12 % biss, li l-qrati nazzjonali jistgħu biss jivverifikaw l-applikazzjoni stretta tagħha, mingħajr ma jkunu jistgħu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jidderogaw mil-limiti ffissati minn din it-tariffa.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tieni u għat-tielet domandi fil-Kawża C-532/15 u għat-tielet sal-ħames domandi fil-Kawża C-538/15 magħmula mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (qorti provinċjali ta’ Zaragoza, Spanja) u mill-Juzgado de Primera Instancia de Olot (qorti tal-ewwel istanza ta’ Olot, Spanja) rispettivament.
(1) ĠU C 429, 21.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy