26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Freie und Hansestadt Hamburg vs Jost Pinckernelle
(Kawża C-535/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni u rekwiżiti tal-informazzjoni - Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati - Esportazzjoni lil hinn mit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati)
(2017/C 202/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Freie und Hansestadt Hamburg
Konvenut: Jost Pinckernelle
Fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(12) ta’ dan l-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi li ma jkunux ġew irreġistrati waqt l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni konformement ma’ dan ir-regolament jistgħu jiġu esportati barra dan it-territorju.
(1) ĠU C 7, 11.01.2016.
Full & Egal Universal Law Academy