20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt
(Kawża C-539/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Ftehim kollettiv ta’ xogħol - Estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali - Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età))
(2017/C 053/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Daniel Bowman
Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix ftehim kollettiv ta’ xogħol nazzjonali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tiegħu impjegat, li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi skolastiċi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskali salarjali, huwa suġġett għal estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali, peress li din l-estensjoni tapplika għal kull impjegat li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi, inkluż b’mod retroattiv għal dawk li jkunu diġà laħqu l-iskali segwenti.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy