31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wuppertal – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Mircea Florian Freitag
(Kawża C-541/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Ċittadin li għandu kemm in-nazzjonalità tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu kif ukoll tal-Istat Membru tat-twelid tiegħu - Bdil tal-kunjom fl-Istat Membru tat-twelid mingħajr residenza abitwali - Isem li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid - Talba għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem fir-reġistru tal-istatus ċivili tal-Istat Membru ta’ residenza - Ċaħda ta’ din it-talba - Raġuni - Nuqqas ta’ ksib tal-isem matul residenza abitwali - Eżistenza ta’ proċeduri oħra tad-dritt nazzjonali sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent tal-istess isem))
(2017/C 249/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Wuppertal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Mircea Florian Freitag
Dispożittiv
L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-uffiċċju tal-istatus ċivili ta’ Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jirreġistra fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem legalment miksub minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru fi Stat Membru ieħor, li tiegħu huwa għandu wkoll in-nazzjonalità, u li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid tiegħu, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà li tinkiseb tali reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni quddiem l-uffiċċju tal-istatus ċivili għall-kundizzjoni li dan l-isem ikun inkiseb matul residenza abitwali f’dan l-Istat Membru l-ieħor, sakemm ma jkunx hemm fid-dritt nazzjonali dispożizzjonijiet oħra li effettivament jippermettu r-rikonoxximent tal-imsemmi isem.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy