29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-544/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/114/KE - Artikolu 6(1)(d) - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Rifjut ta’ ammissjoni - Kunċett ta’ “theddida għas-sigurtà pubblika” - Marġni ta’ diskrezzjoni))
(2017/C 168/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sahar Fahimian
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
fil-preżenza ta’: Stadt Darmstadt
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jirċievu applikazzjoni għal viża għal finijiet ta’ studju minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jivverifikaw, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin, jekk dan tal-aħħar jirrappreżentax theddida, anki potenzjali, għas-sigurtà pubblika. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata wkoll fis-sens li din ma tipprekludix lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti milli jirrifjutaw l-ammissjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal tali finijiet, ċittadin ta’ pajjiż terz li kiseb il-lawrja minn università li hija suġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni minħabba l-livell sinjifikattiv tal-involviment tagħha mal-Gvern Iranjan, fil-qasam militari jew f’oqsma marbuta ma’ dan il-qasam, u li għandu l-ħsieb li jwettaq, f’dan l-Istat Membru, riċerka f’qasam sensittiv għas-sigurtà pubblika, jekk l-elementi li jkollhom dawn l-awtoritajiet jiġġustifikaw il-biża’ li l-għarfien li tikseb din il-persuna waqt ir-riċerka tagħha jista’ sussegwentement jintuża għal finijiet li jmorru kontra s-sigurtà pubblika. Hija l-qorti nazzjonali, li quddiemha ġie ppreżentat rikors fir-rigward tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li permezz tagħha ġie miċħud l-għoti tal-viża mitluba, li għandha tivverifika li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq motivazzjoni suffiċjenti u fuq bażi fattwali suffiċjentement soda.
(1) ĠU C 429, 21.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy