16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – J.J. de Lange vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-548/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 2, 3 u 6 - Kamp ta’ applikazzjoni - Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ taħriġ sostnuti wara ċerta età - Aċċess għat-taħriġ professjonali)
(2017/C 014/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.J. de Lange
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-trattament fiskali tal-ispejjeż ta’ taħriġ professjonali sostnuti minn persuna jvarja skont l-età tagħha, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-direttiva sa fejn hija intiża li tiffavorixxi l-aċċess għat-taħriġ taż-żgħażagħ.
2)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuni li ma laħqux l-età ta’ 30 sena li jnaqqsu kompletament, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-ispejjeż ta’ taħriġ professjonali mid-dħul taxxabbli tagħhom meta dan id-dritt ta’ tnaqqis huwa limitat għall-persuni li laħqu din l-età, sa fejn minn naħa, din is-sistema hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu relatat mal-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, il-mezzi sabiex jintlaħaq dan il-għan huma xierqa u neċessarji. Hija r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy