13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-552/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Vetturi bil-mutur - Kiri jew leasing ta’ vettura bil-mutur minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor - Taxxa ta’ reġistrazzjoni - Ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa meta ssir ir-reġistrazzjoni - Kundizzjonijiet dwar ir-rimbors tat-taxxa - Proporzjonalità))
(2017/C 382/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u J. Tomkin, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, L. Williams u M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn M. Collins, SC, S. Kingston u C. Daly, BL)
Dispożittiv
1)
Billi imponiet l-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul limitat reali tal-użu maħsub fl-Irlanda ta’ vettura importata f’dan l-Istat Membru, u minkejja li t-tul temporanju tal-leasing jew tal-kiri ġie ddeterminat b’mod preċiż u huwa magħruf bil-quddiem, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.
2)
Billi naqset milli tipprevedi l-ħlas ta’ interessi mar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u billi naqqset is-somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi fuq l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha tiġi rrimborsata, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.
3)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy