6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Undis Servizi Srl vs Comune di Sulmona
(Kawża C-553/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - L-għoti ta’ kuntratt mingħajr impenn ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti imsejjaħ “in house” - Kundizzjonijiet - Kontroll analogu - Twettiq tal-parti essenzjali tal-attività - Kumpannija mogħtija lill-kapital pubbliku miżmuma minn diversi entitajiet territorjali - Attività eżerċitata wkoll favur entitajiet territorjali mhux azzjonisti - Attività imposta minn awtorità pubblika mhux azzjonista))
(2017/C 038/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Undis Servizi Srl
Konvenut: Comune di Sulmona
fil-preżenza ta’: Cogesa SpA
Dispożittiv
1)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għotjiet diretti tal-kuntratti pubbliċi msejħa “in house”, sabiex jiġi determinat jekk l-entità kontraenti teżerċita l-parti essenzjali tal-attività tagħha għall-awtorità kontraenti, b’mod partikolari l-entitajiet territorjali li huma l-azzjonisti tagħha li jikkontrollawha, ma għandhiex tiġi inkluża f’din l-attività dik li timponi fuq din l-entità awtorità pubblika, mhux azzjonista ta’ din l-entità, favur entitajiet territorjali li ma humiex iżjed azzjonisti tal-imsemmija entità u ma jeżerċitaw ebda kontroll fuqha, peress li din l-attività tal-aħħar għandha tiġi kkunsidrata bħala eżerċitata għal terzi.
2)
Għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-entità kontraenti twettaq il-parti essenzjali tal-attività tagħha għall-entitajiet territorjali li huma l-azzjonisti tagħha u li jeżerċitaw fuqha, b’mod konġunt, kontroll analogu għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, fosthom tista’ tidher l-attività li din l-entità kontraenti wettqet għal dawn l-istess entitajiet territorjali qabel ma tali kontroll konġunt ma sar effettiv.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy