Kawża C-557/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Qabda u żamma ta’ għasafar ħajjin — Speċi li jagħmlu parti mill-familja tal-għasafar tal-għana — Projbizzjoni — Sistema derogatorja nazzjonali — Setgħa ta’ deroga tal-Istati Membri — Kundizzjonijiet)
C2852018MT210120180621MT00022121
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-557/15) ( 1 )
“(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Qabda u żamma ta’ għasafar ħajjin — Speċi li jagħmlu parti mill-familja tal-għasafar tal-għana — Projbizzjoni — Sistema derogatorja nazzjonali — Setgħa ta’ deroga tal-Istati Membri — Kundizzjonijiet)”2018/C 285/02Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u C. Hermes, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: A. Buhagiar, aġent, J. Bouckaert, advocaat, L. Cassar Pullicino, avukat)
Dispożittiv
1)
Billi adottat sistema derogatorja li tippermetti l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi (l-isponsun, Fringilla coelebs, il-ġojjin, Carduelis cannabina, il-gardell, Carduelis carduelis, il-verdun, Carduelis chloris, taż-żebbuġ, Coccothraustes coccothraustes, l-apparell, Serinus serinus u l-ekru, Carduelis spinus), ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(a) u (e) u tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, moqrija flimkien mal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 7, 11.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy