13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Alberto José Vieira de Azevedo et vs CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel
(Kawża C-558/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà - Direttiva 2000/26/KE - Artikolu 4(5) - Impriża ta’ assigurazzjoni - Rappreżentant għal pretensjonijiet - Poter suffiċjenti ta’ rappreżentanza - Tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qrati))
(2017/C 046/08)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alberto José Vieira de Azevedo, Maria da Conceição Ferreira da Silva, Carlos Manuel Ferreira Alves, Rui Dinis Ferreira Alves, Vítor José Ferreira Alves
Konvenuti: CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel
Fil-preżenza ta’: Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Acidentes de Trabalho
Dispożittiv
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE [73/239/KEE] u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jipprevedu li r-rappreżentant responsabbli, skont dan l-artikolu, għall-pagament tal-pretensjonijiet jista’ jitressaq bħala konvenut huwa stess, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali adita b’rikors għad-danni ppreżentat minn persuna leża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/26, kif emendata bid-Direttiva 2005/14.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy