15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-563/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/98/KE - Artikoli 13 u 15 - Immaniġġar ta’ skart - Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent - Responsabbiltà - Landfills))
(2017/C 151/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, għal dak li jirrigwarda l-landfills ta’ Torremolinos (Malaga), ta’ Torrent de S’Estret (Andratx, Mallorca), ta’ Hoya de la Yegua de Arriba (Yaiza, Lanzarote), ta’ Barranco de Butihondo (Pájara, Fuerteventura), ta’ La Laguna-Tiscamanita (Tuineje, Fuerteventura), ta’ Lomo Blanco (Antigua, Fuerteventura), ta’ Montaña de Amagro (Galdar, Gran Canaria), ta’ Franja Costera de Botija (Galdar, Gran Canaria), ta’ Cueva Lapa (Galdar, Gran Canaria), ta’ La Colmena (Santiago del Teide, Tenerife), ta’ Montaña Los Giles (La Laguna, Tenerife), ta’ Las Rosas (Güimar, Tenerife), ta’ Barranco de Tejina (Guía de Isora, Tenerife), ta’ Llano de Ifara (Granadilla de Abona, Tenerife), ta’ Barranco del Carmen (Santa Cruz de La Palma, La Palma), ta’ Barranco Jurado (Tijarafe, La Palma), ta’ Montaña Negra (Puntagorda, La Palma), ta’ Lomo Alto (Fuencaliente, La Palma), ta’ Arure/Llano Grande (Valle Gran Rey, La Gomera), ta’ El Palmar – Taguluche (Hermigua, La Gomera), ta’ Paraje de Juan Barba (Alajeró, La Gomera), ta’ El Altito (Valle Gran Rey, La Gomera), ta’ Punta Sardina (Agulo, La Gomera), ta’ Los Llanillos (La Frontera, El Hierro), ta’ Faro de Orchilla (La Frontera, El Hierro), ta’ Montaña del Tesoro (Valverde, El Hierro), ta’ Arbancón (Castilla-La Mancha), ta’ Galve de Sorbe (Castilla-La Mancha), ta’ Hiendelaencina (Castilla-La Mancha), ta’ Tamajón (Castilla-La Mancha), ta’ El Casar (Castilla-La Mancha), ta’ Cardeñosa (Ávila), ta’ Miranda de Ebro (Burgos), ta’ Poza de la Sal (Burgos), ta’ Acebedo (León), ta’ Bustillo del Páramo (León), ta’ Cármenes (León), ta’ Gradefes (León), ta’ Noceda del Bierzo (León), ta’ San Millán de los Caballeros (León), ta’ Santa María del Páramo (León), ta’ Villaornate y Castro (León), ta’ Cevico de La Torre (Palencia), ta’ Palencia (Palencia), ta’ Ahigal de los Aceiteros (Salamanca), ta’ Alaraz (Salamanca), ta’ Calvarrasa de Abajo (Salamanca), ta’ Hinojosa de Duero (Salamanca), ta’ Machacón (Salamanca), ta’ Palaciosrubios (Salamanca), ta’ Peñaranda de Bracamonte (Salamanca), ta’ Salmoral (Salamanca), ta’ Tordillos (Salamanca), ta’ Basardilla (Segovia), ta’ Cabezuela (Segovia), ta’ Almaraz del Duero (Zamora), ta’ Cañizal (Zamora), ta’ Casaseca de las Chanas (Zamora), ta’ La Serratilla (Abanilla), ta’ Las Rellanas (Santomera) u ta’ El Labradorcico (Águilas), il-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-immaniġġar ta’ skart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari mingħajr riskju għall-ilma, għall-arja, għall-ħamrija, għall-pjanti u għall-annimali, u li l-iskart li jintrema jiġi ttrattat mill-komuni stess jew minn negozjant, stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament ta’ skart jew minn entità tal-ġbir ta’ iskart privata jew pubblika, skont l-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 u l-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy