27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vilniaus apygardos teismas – il-Litwanja) – UAB “LitSpecMet” vs UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas
(Kawża C-567/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(9) - Kunċett ta’ “awtorità kontraenti” - Kumpannija li l-kapital tagħha huwa miżmum minn awtorità kontraenti - Tranżazzjonijiet interni tal-grupp])
(2017/C 402/02)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “LitSpecMet”
Konvenuta: UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas
Parti oħra:“Plienmetas” UAB
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendat bir-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 1251/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li, minn naħa, hija miżmuma kompletament minn awtorità kontraenti fejn l-attività hija li tissodisfa l-bżonnijiet tal-interess ġenerali u li, min-naħa l-oħra, twettaq kemm tranżazzjonijiet għal din l-awtorità kontraenti kif ukoll tranżazzjonijiet fuq is-suq kompetittiv għandha tiġi kklassifikata bħala “organu rregolat mid-dritt pubbliku” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-attivitajiet ta’ din il-kumpannija huma neċessarji sabiex l-imsemmija awtorità kontraenti tista’ teżerċita l-attività tagħha u li, sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, l-imsemmija kumpannija tiġi ggwidata minn kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi, li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifikah. Ma għandu l-ebda impatt, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-valur tat-tranżazzjonijiet interni jista’ fil-futur jirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali, tad-dħul mill-bejgħ globali tal-kumpannija.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy