18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs comtech GmbH
(Kawża C-568/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 21 - Komunikazzjoni permezz tat-telefon - Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż - Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika - Kunċett ta’ “tariffa bażika”))
(2017/C 121/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV
Konvenuta: comtech GmbH
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “tariffa bażika”, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn kummerċjant ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard. Sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ikkonċernat jagħmilx qliegħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza hija nieqsa minn rilevanza.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy