13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 – SV Capital OÜ vs Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-577/15 P) (1)
((Appell - Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni tal-Awtoritajiet tas-Sorveljanza Estonjani u Finlandiżi - Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza - Regolament (UE) Nru 1093/2010 - Artikoli 17 u 60 - Bord tal-Appell - Terminu tar-rikors - Żball skużabbli))
(2017/C 046/09)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: SV Capital OÜ (rappreżentanti: M. Greinoman, vandeadvokaat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier u Z. J. Giotaki, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
SV Capital OÜ hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016
Full & Egal Universal Law Academy