31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge – il-Belġju) – Maria Eugenia Van der Weegen, Miguel Juan Van der Weegen, Anna Pot, li qed jaġixxu bħala l-aventi kawża ta’ Johannes Van der Weegen, mejjet, Anna Pot vs Belgische Staat
(Kawża C-580/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali - Diskriminazzjoni indiretta - Banek stabbiliti fil-Belġju u banek stabbiliti fi Stat Membru ieħor))
(2017/C 249/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Eugenia Van der Weegen, Miguel Juan Van der Weegen, Anna Pot, li qed jaġixxu bħala l-aventi kawża ta’ Johannes Van der Weegen, mejjet, Anna Pot
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi sistema nazzjonali ta’ eżenzjoni fiskali, sa fejn din tal-aħħar, għalkemm tapplika indistintament għad-dħul minn fondi ta’ tfaddil ma’ fornituri ta’ servizzi bankarji stabbiliti fil-Belġju jew fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, tissuġġetta għal kundizzjonijiet l-aċċess għas-suq bankarju Belġjan għal fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy