21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius, Jurgita Dockevičienė
(Kawża C-587/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Inċident li seħħ fl-2006 bejn vetturi li normalment huma bbażati fi Stati Membri differenti - Regolament ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi tal-Istati Membri - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2009/103/KE - Inapplikabbiltà ratione temporis - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE u 2000/26/KE - Inapplikabbiltà ratione materiae - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Inapplikabbiltà - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni))
(2017/C 277/07)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras
Konvenuti: Gintaras Dockevičius, Jurgita Dockevičienė
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, b’mod preliminari, fuq il-kap tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju li jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament Ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji, adottati permezz ta’ ftehim konkluż fit-30 ta’ Mejju 2002 bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħra u li jinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, tat-28 ta’ Lulju 2003, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur.
—
Peress li d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà ma hijiex applikabbli ratione temporis għat-tilwima fil-kawża prinċipali,
—
peress li d-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, id-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14, u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 88/357/KEE, ma humiex applikabbli ratione materiae għal din it-tilwima u, għaldaqstant,
—
peress li l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tagħha, lanqas ma huwa applikabbli għal din it-tilwima,
dawn id-direttivi u l-Artikolu 47 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, f’dan il-każ, il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-qorti tar-rinviju li abbażi tagħha, għall-finijiet tar-rikors surrogatorju, huwa l-Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras (uffiċċju tal-assiguraturi tal-vetturi bil-muturi tar-Repubblika tal-Litwanja) li għandu l-oneru tal-prova fir-rigward tal-elementi kollha li jistabbilixxu r-responsabbiltà ċivili tal-konvenuti fil-kawża prinċipali għall-inċident li seħħ fl-20 ta’ Lulju 2006.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy