13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – LG Electronics, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-588/15 P u C-622/15 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ klijenti u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta biss lill-kumpanniji omm ta’ impriża konġunta u mhux lil din l-aħħar impriża - Multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (2006) - Punt 13 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ fir-rigward tal-ksur - Bejgħ intragrupp tal-prodott ikkonċernat barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodott ikkonċernat fiż-ŻEE - Ugwaljanza fit-trattament))
(2017/C 382/09)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: LG Electronics, Inc. (rappreżentanti: G. van Gerven u T. Franchoo, avukati), Koninklijke Philips Electronics NV (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk, J. K. de Pree u S. Molin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, V. Bottka u I. Zaloguin, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
LG Electronics Inc. u Koninklijke Philips Electronics NV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.01.2016
ĠU C 27, 25.01.2016
Full & Egal Universal Law Academy