13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Alexios Anagnostakis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-589/15 P) (1)
((Appell - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposta leġiżlattiva dwar it-tneħħija tad-dejn pubbliku għall-Istati Membri fi stat ta’ neċessità - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Rifjut tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 122 TFUE - Artikolu 136 TFUE - Ksur))
(2017/C 382/10)
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Alexios Anagnostakis (rappreżentanti: A. Anagnostakis, dikigoros, F. Moyse, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u H. Krämer, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alexios Anagnostakis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 11.01.2016
Full & Egal Universal Law Academy