10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute
(Kawża C-592/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 13A(1)(n) - Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali - Assenza ta’ effett dirett - Determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri))
(2017/C 112/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenut: British Film Institute
Dispożittiv
L-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li jipprevedi l-eżenzjoni ta’ “ċertu servizzi kulturali”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux effett dirett, b’tali mod li, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata direttament minn korp tad-dritt pubbliku jew minn korp kulturali ieħor irrikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat u li jipprovdi servizzi kulturali.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy