18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi Magħquda C-593/15 P u C-594/15 P) (1)
((Appell - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 2007/436/KE - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ittra tal-Kummissjoni Ewropea - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat”))
(2017/C 437/04)
Lingwa tal-proċedura: is-Slovakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, A. Tokár, G.-D. Balan u Z. Malůšková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Rumanija (R.-H. Radu, M. Chicu u A. Wellman, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy