22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 – Bionorica SE (C-596/15 P), Diapharm GmbH & Co. KG (C-597/15 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi MagħqudaC-596/16 P u C-597/15 P) (1)
((Appell - Saħħa pubblika - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet tas-saħħa li jikkonċernaw l-ikel - Artikolu 13(3) - Lista ta’ indikazzjonijiet tas-saħħa awtorizzati li jikkonċernaw l-ikel - Sustanzi botaniċi - Indikazzjonijiet tas-saħħa sospiżi - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Artikolu 265 TFUE - Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Interess ġuridiku - Locus standi))
(2018/C 022/03)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Bionorica SE (C-596/15 P), Diapharm GmbH & Co. KG (C-597/15 P) (rappreżentanti: M. Weidner, T. Guttau u N. Hußmann, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u M. Wilderspin, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2015, Bionorica vs Il-Kummissjoni (T-619/14, mhux ippubblikat, EU:T:2015:723), huwa annullat.
2)
Ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentat minn Bionorica SE fil-Kawża T-619/14 huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
L-appell fil-Kawża C-597/15 P huwa miċħud.
4)
Bionorica SE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom, sostnuti kemm fl-ewwel istanza fil-Kawża T-619/14 kif ukoll fl-appell fil-Kawża C-596/15 P.
5)
Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell fil-Kawża C-597/15 P.
(1) ĠU C 16, 18.01.2016.
Full & Egal Universal Law Academy