18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2017 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-599/15 P) (1)
((Appell - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 2007/436/KE - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Telf ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont li jikkorrispondi għat-telf - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ittra tal-Kummissjoni Ewropea - Kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat”))
(2017/C 437/05)
Lingwa tal-proċedura: ir-Rumen
Partijiet
Appellanti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. H. Radu, M. Chicu u A. Wellman, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G.-D. Balan, A. Caeiros, A. Tokár u Z. Malůšková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Stranz, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Rumanija għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy