6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Lemnis Lighting BV
(Kawża C-600/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8539, 8541, 8543, 8548 u 9405 - Lampi b’dajowds li jarmu d-dawl (LED)))
(2017/C 038/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuti: Lemnis Lighting BV
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-fatti kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, merkanzija bħal-lampi b’dajowds li jarmu dawl inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt l-intestatura 8543 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy