20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie
(Kawża C-605/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku - Eżenzjoni għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni - Applikabbiltà fil-qasam tal-assigurazzjoni])
(2017/C 392/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenuta: Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie
Dispożittiv
L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività fl-interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għaldaqstant, is-servizzi mogħtija minn gruppi indipendenti ta’ persuni, li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni li ma tikkostitwixxix tali attività fl-interess pubbliku, ma jgawdux minn din l-eżenzjoni.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy