20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-616/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni ta’ servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn gruppi indipendenti ta’ persuni - Limitazzjoni għall-gruppi indipendenti li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet))
(2017/C 392/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung, B.-R. Killmann u R. Lyal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi llimitat l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għal gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru limitat ta’ professjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy