24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hummel Holding A/S vs Nike Inc., Nike Retail B.V.
(Kawża C-617/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 97(1) - Ġurisdizzjoni internazzjonali - Proċedimenti ta’ vjolazzjoni mressqa kontra kumpannija stabbilita fi Stat terz - Sottosussidjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża - Kunċett ta’ “stabbiliment”))
(2017/C 239/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hummel Holding A/S
Konvenuti: Nike Inc., Nike Retail B.V.
Dispożittiv
L-Artikolu 97(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija legalment indipendenti, stabbilita fi Stat Membru, li hija sottosussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma għandhiex is-sede tagħha fl-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi “stabbiliment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din l-impriża prinċipali, peress li din is-sussidjarja hija ċentru ta’ operazzjonijiet li, fl-Istat Membru fejn hija tinsab, għandha forma ta’ preżenza reali u stabbli, li minnha tiġi eżerċitata attività kummerċjali, u li hija mmanifestata fit-tul lejn l-estern, bħala l-estensjoni ta’ din l-impriża prinċipali.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy