31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Schniga GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC
(Kawża C-625/15 P) (1)
((Appell - Protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ġodda ta’ pjanti - Applikazzjoni għal protezzjoni Kommunitarja - Varjetà ta’ tuffieħa “Gala Schnitzer” - Eżami tekniku - Prinċipji ta’ gwida maħruġa mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) - Regolament (KE) Nru 1239/95 - Artikolu 23(1) - Setgħat tal-President tas-CPVO - Żieda ta’ karatteristika distintiva fit-tmiem tal-eżami tekniku - Stabbiltà tal-karatteristika fuq żewġ ċikli ta’ kultivazzjoni))
(2017/C 249/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Schniga GmbH (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad u F. Mattina, aġenti), Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC (rappreżentant: M. Eller, avukat)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenrali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Settembru 2015, Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand u Elaris (Gala Schnitzer) (T-91/14 u T-92/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:624), hija annullata.
2)
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), tal-20 ta’ Settembru 2013, dwar l-għoti tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ġodda ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007), huma annullati.
3)
L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Schniga GmbH.
4)
Brookfield New Zealand Ltd u Elaris SNC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy