29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Republika Ċeka) – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel
(Kawża C-638/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 2(1)(c) - Artikolu 5(1)(a) - Kunċetti ta’ “tabakk għat-tipjip”, ta’ “tabakk li ġie mqatta’ jew maqsum” u ta’ “ipproċessar industrijali”))
(2017/C 168/15)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eko-Tabak s.r.o.
Konvenuta: Generální ředitelství cel
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1)(c), u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li weraq tat-tabakk imnixxfin, iċċattjati, b’parti irregolari li z-zokk tagħhom tneħħa parzjalment, li għaddew minn proċess ta’ tnixxif primarju u ta’ umidifikazzjoni kkontrollata ulterjuri, li jinkludu l-gliċerina li jistgħu jiġu mpejpa wara li jkun sar ipproċessar elementari li jikkonsisti fid-dħin jew fit-tqattiegħ tagħhom bl-idejn, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tabakk għat-tipjip”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy