10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH
(Kawża C-641/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(3) - Dritt esklużiv tal-organizzazzjonijiet tax-xandir - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul - Komunikazzjoni tax-xandiriet permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda))
(2017/C 112/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH
Konvenuta: Hettegger Hotel Edelweiss GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni ta’ xandiriet bit-televiżjoni u bir-radju permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda ma tikkostitwixxix komunikazzjoni magħmula f’post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy