13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Trustees of the P Panayi Accumulation & Maintenance Settlements vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
(Kawża C-646/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu ta’ kapital - Trust - Trustees - Persuni ġuridiċi oħra - Kunċett - Taxxa fuq il-qligħ kapitali relatata mal-assi miżmuma fi trust minħabba t-trasferiment tal-post tar-residenza fiskali tat-trustees lejn Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-ammont tat-taxxa fil-mument ta’ dan it-trasferiment - Irkupru immedjat tat-taxxa - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità))
(2017/C 382/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trustees of the P Panayi Accumulation & Maintenance Settlements
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment jipprekludu, f’ċirkustanzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trustees, skont id-dritt nazzjonali, huma trattati bħala grupp ta’ persuni uniku u kontinwu, distint mill-persuni li minn żmien għal żmien iwettqu l-funzjoni ta’ trustees, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali moħbi relatat mal-assi miżmuma fi trust meta l-maġġoranza tat-trustees jittrasferixxu l-post ta’ residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma tippermetti l-irkupru iddifferit tat-taxxa hekk dovuta.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy