13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-648/15) (1)
((Artikolu 273 TFUE - Tilwima bejn Stati Membri mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont ftehim ta’ kompromess - Tassazzjoni - Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja - Intaxxar tal-interessi ta’ titoli finanzjarji - Kunċett ta’ “krediti b’parteċipazzjoni fil-profitti”))
(2017/C 382/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, F. Koppensteiner u H. Jirousek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ “krediti b’parteċipazzjoni fil-profitti” imsemmi fl-Artikolu 11(2) tal-Abkommen zwischen der Republik Österreich und der Bundesrepublik Deutschland zur Vermeidung der Doppelbesteuerung auf dem Gebiet der Steuern vom Einkommen und vom Vermögen (Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għall-ħelsien mit-taxxa doppja fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital), tal-24 ta’ Awwissu 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix titoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 01.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy