8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – TV2/Danmark A/S vs il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd
(Kawża C-649/15 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Sentenza Altmark)
(2018/C 005/04)
Lingwa tal-proċedura: id-Daniż
Partijiet
Appellanti: TV2/Danmark A/S (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, B. Stromsky u L. Grønfeldt, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat), Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, it-totalità ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Viasat Broadcasting UK Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.
3)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 48, 08.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy