4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Assogalvanica et
(Kawża C-651/15 P) (1)
(“Appell - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) - Artikolu 58(2) - Awtorizzazzjoni - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Eżenzjoni - Regolament li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni”)
(2017/C 293/04)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO), Adolf Krämer GmbH & Co. KG, AgO Argentum GmbH, et (lista sħiħa fl-appell) (rappreżentanti: C. Mereu, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Talabér-Ritz, aġenti), Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Assogalvanica, Ecometal, Comité européen des traitements de surfaces (CETS), et (lista sħiħa fl-appell) (rappreżentanti: C. Mereu, avukat, J. Beck, Solicitor)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Traband, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I ta’ din is-sentenza huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Franċiża u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 78, 29.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy