20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen (l-Isvezja) – Länsförsäkringar AB vs Matek A/S
(Kawża C-654/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) - Artikolu 15(1) - Artikolu 51(1)(a) - Portata tad-dritt esklużiv mogħti lill-proprjetarju - Perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni))
(2017/C 053/22)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Länsförsäkringar AB
Konvenuta: Matek A/S
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) u mal-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tagħha jista’, fil-każ ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, jipprojbixxi lil terzi milli jużaw, fil-kummerċ, sinjal identiku jew li jixxiebah għat-trade mark tiegħu għall-prodotti u servizzi kollha identiċi jew li jixxiebhu għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, mingħajr ma għandu jipprova użu ġenwin tal-imsemmija trade mark għal dawn il-prodotti u dawn is-servizzi.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy