8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs TV2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka, Viasat Broadcasting UK Ltd
(Kawża C-656/15 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - L-Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat”)
(2018/C 005/05)
Lingwa tal-proċedura: id-Daniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, T. Maxian Rusche u L. Grønfeldt, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: TV2/Danmark A/S (rappreżentanti: O. Koktvedgaard, avukat), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, agent, assistit minn R. Holdgaard, avukat), Viasat Broadcasting UK Ltd, (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)
Intervenjent insostenn tal-appellant: Autorité de surveillance AELE (rappreżentanti: C. Zatschler, M. Schneider, Í Isberg u C. Perrin, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, TV2/Danmark A/S vs Il-Kummissjoni (T-674/11, EU:T:2015:684) hija annullata sa fejn annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, inkwantu l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkunsidrat li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.
2)
Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2/Danmark A/S kontra d-Deċiżjoni 2011/839 huwa miċħud.
3)
TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, it-totalità ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Viasat Broadcasting UK Ltd kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 48, 08.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy